Karozza tinqabad bejn żewġ xarabanks

Karozz nqabdet bejn żewġ xarabanks dalgħodu, li kkawżat traffiku fl-inħawi ta’ pembroke li kien jibda mill-junction ta’ Paceville.
Il-paġna tal-Facebook Maltese Road Traffic Updates tellgħet ir-ritratt, li juri kif il-bonnett u l-bagoll tal-karozza tgħaffġu miż-żewġ vetturi kbar.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15am, u ħadd ma weġġa’.
Ritratti: topgear u Joseph Tonna