Ritratti: Karozza tinħakem minn nar f’Birkirkara

Ħadd ma weġġa’ xħin karozza ħadet in-nar fi Triq Ganu, Birkirkara.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt, li qal li l-vettura kienet qed tinstaq minn mara residenti l-Iklin għall-ħabta tat-7.45am.
Jidher li l-mara ressqet il-karozza fil-ġenb wara li l-karozza ntfitilha minħabba xi ħsarat. Madankollu ftit wara żviluppa xi nar li ħakem lill-karozza kollha.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post u tfew in-nar, filwaqt li l-mara rrifjutat l-ambulanza, għax kellha biss qatgħa.
Ritratti: Sean Azzopardi u Ian Noel Pace