Karozza tingħata n-nar f’Birżebbuġa

Dal-lejl karozza ħadet in-nar fi Triq Żarenu Dalli f’Birżebbuġa.

Kien għal ħabta tan-nofsiegħa meta l-Pulizija ġiet infurmata li karozza f’din it-triq kienet qed taqbad.  Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke fetħet inkjesta dwar dan il-każ.