Ritratti: Karozza timbela’ fin-nar fil-Ħamrun

Karozza bdiet taqbad fil-Ħamrun. Ma weġġa’ ħadd b’kaġun ta’ dan.

Kelliem għall-Pulizija ikkonferma dan, u informa wkoll li dan sar għall-ħabta tat-3pm. Il-karozza hija ta’ tip Mercedes. L-inċident seħħ fi Triq Danny Cremona fil-Ħamrun. Il-karozza ta’ ħdejha wkoll ġarrbet xi ħsarat.