Karozza tieħu n-nar waqt li qed tinstaq

karozza nar

Karozza dalgħodu ħadet in-nar hi u tinstaq.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara ftit qabel id-9am fit-triq bejn Tarġa Gap u Burmarrad.

Spjega li l-karozza ħadet in-nar waħedha, billi saħnet il-magna. Il-persuna li kienet qed issuq ma ndarbitx, u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jitfu n-nar.

nar karozza

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn