Karozza tieħu n-nar waqt li qed tinstaq f’San Ġwann

Karozza ħadet in-nar waranofsinhar waqt li kienet qed tinstaq f’San Ġwann. Ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ ġara fit-3.30pm fiż-żona industrijali ta’ San Ġwann.

Il-karozza kienet qed tinstaq meta bdiet tieħu n-nar, iżda s-sewwieq irnexxielu joħroġ minnha mingħajr ma jindarab. Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post minnufih u tfew in-nar.