Karozza tieħu n-nar waqt li kienet qed tinstaq f’Għawdex

Ritratt: info@newsbook.com.mt

Karozza ħadet in-nar waqt li kienet qed tinstaq fir-Rabat Għawdex.

Kien għall-ħabta tas-1.45pm meta l-karozza kienet għaddejja minn Triq Fortunato Mizzi. Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post biex jitfu n-nirien.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.