Karozza tieħu n-nar waqt li kienet qed tinstaq f’Ħal Lija

Ħadd ma weġġa’ wara li karozza li kienet qed tinstaq ħadet in-nar ftit ’il fuq miċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija direzzjoni tal-Mosta.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li s-sewwieq, li kien fit-traffiku, innota duħħan ħiereġ mill-karozza u ħareġ minnufih minnha. Kien hawnhekk li din qabdet ħuġġieġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm.
Min jista’ jevita din it-triq jevitaha, minħabba t-traffiku li nġema’.