Karozza tieħu n-nar u tikkawża ħsarat

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6am, karozza ħadet in-nar fi Pjazza Madonna ta’ Fatima fil-Pietà.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li kawża ta’ dan, karozza oħra li kienet ipparkjata fil-viċin ħadet in-nar.
Dawn iż-żewġ karozzi kienu pparkjati quddiem żewġ garraxijiet li soffrew ukoll xi ħsara.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta mill-Maġistrat Natasha Galea Scibberas.
Il-Protezzjoni Ċivili ssejħet fuq il-post u kkontrollat in-nirien.