Karozza dalgħodu ħadet in-nar meta sidha mar biex jistartjaha.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li dan ġara fis-7.15am fit-Telgħa ta’ Gwardamanġa f’Tal-Pietà.
In-nirien ġew ikkontrollati mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili, u l-Maġistrat Gabriella Vella fetħet inkjesta fuq il-każ.