Karozza tieħu n-nar mal-lejl fil-Fgura

Read in English.

Karozza ħadet in-nar waqt li kienet ipparkjata fi Triq il-Karmnu fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Huwa spjega li kawża tal-inċident, il-karozza l-oħra li kienet ipparkjata fejna ħadet in-nar ukoll filwaqt li l-faċċata tad-dar ta’ fejn kienet ipparkajata l-karozza ġarrbet xi ħsarat.

In-nar ġie kkontrollat minn membri tal-Protezzjoni Ċivili li ssejħu fuq il-post.

Inħatret ukoll inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Josette Demicoli.