Karozza tieħu n-nar; ir-residenti evakwati

Read in English.

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, residenti ta’ blokka appartamenti fi Triq San Duminku il-Belt Valletta ġew evakwati wara li karozza ħadet in-nar.

Kelliem għall-Pulizija qal li karozza tat-tip Mercedes kienet ipparkjata quddiem blokka appartamenti ħadet in-nar. Ir-residenti kellhom jiġu evakwati minn djarhom minħabba d-dħaħen u n-nar li kien hemm. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Madankollu n-nar leħaq mexa għal fuq karozza oħra.

Fuq il-post issejħu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.