Karozza tieħu n-nar il-Marsa

Karozza ħadet in-nar il-Marsa.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-karozza qabdet fi Triq Aldo Moro, ħdejn popma tal-petrol qrib il-pont tal-Marsa.
Madankollu l-pulizija qalet li ma kienx hemm relazzjoni bejn il-qbid tan-nar u l-pompa tal-petrol.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili tfew in-nar, u filwaqt li ssejħet ambulanza, is-sewwieq li hu barrani ma ġralu xejn.