Karozza tieħu n-nar fil-Belt Valletta

Karozza pparkjata ħadet in-nar viċin tal-Qorti għall-ħabta tal-9.45am, f'Triq San Ġwann.
Fuq il-post marru ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien.
Il-karozza kienet ta' raġel ta' 46 sena miż-Żurrieq. 
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Ritratt: Austin Tufigno