Karozza tieħu n-nar; ħsarat f’mutur u 2 karozzi oħra

Karozza ħadet in-nar fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu f’Bormla.

Il-każ seħħ fit-2.45am fi Triq Wiġi Rosato.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll dawk mit-Taqsima tar-Rapid Intervention. In-nirien xterrdu tant li kien hemm ħsarat f’mutur u żewġ karozzi oħra.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.