Karozza tieħu n-nar hi u tinstaq f’San Pawl il-Baħar

Christoph Schwaiger

Karozza ħadet in-nar hi u tinstaq f’San Pawl il-Baħar kmieni dalgħodu.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ  fis-6am fi Triq il-Mistra.

Jidher li x-xufier kien qed isuq il-karozza meta din ħadet in-nar x’aktarx kawża ta’ xi ħsara mekkanika. Minkejja dan ix-xufier ma sofra l-ebda ġrieħi.