Karozza tieħu n-nar f’Wied iż-Żurrieq

Ilbieraħ filgħaxija nġemgħu għadd ta’ karozzi sakemm il-membri tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jitfu n-nar ta’ karozza li qabdet f’Wied iż-Żurrieq.

Għall-ħabta tal-11.30pm, fin-niżla li twassal għal Wied iż-Żurrieq, karozza ħadet in-nar.

Għadd ta’ karozzi li kienu se jitilqu miż-żona nqabdu fit-traffiku jistennew sakemm il-pumpiera tfew in-nar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-karozza qabdet waħedha, u ma jidhirx li tqabbdet apposta.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.