Karozza tieħu n-nar f’Tas-Sliema

Karozza lbieraħ filgħaxija ħadet in-nar f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ fi Triq l-Imrabat għall-ħabta tal-10.15 ta’ flgħaxija.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija marru fuq il-post. In-nar intefa ftit tal-ħin wara.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.