​Karozza tieħu n-nar f’Ta’ Xbiex

Ħadd ma weġġa’ meta karozza ħadet in-nar waqt li kienet qed tinstaq f’Ta’ Xbiex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.45pm fi Triq ix-Xatt.
Is-sewwieq waqqaf il-karozza u talab l-għajnuna tal-Pulizija u tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li marru fuq il-post biex jitfu n-nirien.