Karozza tieħu n-nar f’Ta’ Xbiex; tinfetaħ inkjesta

Christoph Schwaiger

Karozza ħadet in-nar f’Ta’ Xbiex tul il-lejl.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li karozza pparkjata fi Triq Ġużeppi Calì ħadet in-nar fit-3am tal-lejl li għadda. Żewġ karozzi pparkjati quddiemha u warajha ġarrbu xi ħsarat, iżda s-sidien tagħhom laħqu neħħewhom fil-ħin.

Fuq il-post issejħu uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nar.

Infetħet inkjesta ppreseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja fuq il-każ.