Karozza tieħu n-nar f’Pembroke

karozza nar Pembroke
MRTU / Facebook

Karozza ħadet in-nar f’Pembroke dalgħodu fid-direzzjoni lejn l-Imsida.

Dan seħħ għall-ħabta tas-7am qrib il-junction ta’ Paceville.

Kien hemm żewġ vetturi tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post biex jitfu n-nirien u anke xi uffiċjali tal-Pulizija. Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li ma jidher li weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.

Parti mit-triq hija magħluqa.