Karozza tieħu n-nar fiż-Żejtun

Karozza ħadet in-nar u kkawżat ħsara lil xi bini tal-madwar.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li dan ġara lbieraħ għall-ħabta tal-10.10pm fi Triq it-Tamburin fiż-Żejtun.

Filwaqt illi jidher li ħadd ma weġġa’, il-karozza ġarrbet ħsarat estensivi, u anke għamlet xi ħsarat lill-bini fil-qrib.

Infetħet inkjesta dwar il-każ, ippreseduta mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia.