Karozza tieħu n-nar fix-Xemxija

Kmieni dalgħodu karozza nqerdet minn nirien fit-Telgħa tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar.
Kelliema għall-Pulizija qalu lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30am.
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali sabiex jingħaraf ir-raġuni għal dan il-ħruq.