Karozza tieħu n-nar fir-Rabat

Fran O'neill - Rabat Today

Karozza ħadet in-nar fi Triq Doni fir-Rabat, Malta għall-ħabta tat-2.45am. Kelliem għall-Pulizija qal li l-Pulizija marru minnufih fuq il-post u rnexxielhom jikkontrollaw in-nar u b’hekk evirtaw li jinxtered in-nar. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Iktar tard waslu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn aċċertaw li ma kienx għad hemm periklu.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li ħatret diversi esperti biex jassistuha.