Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-persuna li x’aktarx kienet qed issuq, ġiet ikkonfermata mejta fuq il-post.
Minkejja li l-Pulizija qalet li l-identita’ tal-vittma għadha mhix magħrufa, madanakollu minn informazzjoni li Newsbook.com.mt kiseb minn fuq il-post, jidher li kien it-tifel ta’ DCG li ħareġ dritt wara u ma kkonferma li l-vittma kienet ommu.
Għal xi ħin fuq il-post kien hemm membri tal-familja ta’ Caruana Galizia fosthom ir-raġel tagħha, u l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Għal ħabta tal-4.30pm il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera waslet fuq il-post.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, membri tal-Explosive Ordnance Disposal tal-Forzi Armati ta’ Malta u ambulanza sabiex jassistu.
Bħalissa t-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u l-Pulizija tad-Distrett.
“Iż-żewġ naħat qablu li ma jagħtux kummenti” – il-Gvern
Sadanittant, fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-Prim Ministru, intqal li żewġ delegazzjonijiet, waħda tal-Gvern u oħra tal-Oppożizzjoni, iltaqgħu wara s-seduta parlamentari tal-lum.
Iż-żewġ naħat qablu li f’dan l-istadju ma jagħtux kummenti fir-rigward tal-kontenut tal-laqgħa.
Flimkien mal-Prim Ministru, għan-naħa tal-Gvern kienu preżenti d-deputat Prim Ministru, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-Ministru tal-Ġustizzja. Min-naħa tal-Oppożizzjoni flimkien mal-Kap tal-Oppożizzjoni kien hemm il-membri parlamentari Simon Busuttil, Mario De Marco u Beppe Fenech Adami.

Rapporti fil-midja, ikkonfermati wkoll minn Newsbook.com.mt juru li mietet Daphne Caruana Galizia fi splużjoni fil-Mosta.
Great shock and sadness at the brutal murder of Daphne Caruana Galizia. An appeal for a unified resolve to promote true democracy. RIP. — Bishop CJ Scicluna (@BishopScicluna) October 16, 2017
The Prime Minister will be giving a Media Statement at 1630 at the Auberge de Castille. — Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) October 16, 2017
Tonight… I will be there. Join us. https://t.co/wiv338t5iU — Adrian Delia (@adriandeliapn) October 16, 2017