Karozza tieħu n-nar fil-Marsa

Arkivji

Karozza ħadet in-nar fi Triq il-Marsa. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-8.45pm.

Il-Pulizija kkonfermaw li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident hekk kif in-nar jidher li beda min-naħa ta’ ġew propju fuq is-seat tal-passiġġier.

Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejjħu fuq il-post u kkontrollaw in-nirien fi ftit ħin.