Karozza tieħu n-nar fil-Marsa tul il-lejl

Protezzjoni Civili

Karozza ħadet in-nar fil-Marsa tul il-lejl.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara fi Triq is-Sebħ fit-2.45am.

Meta l-Pulizija ġiet infurmata li kemm karozza qed taqbad, xi uffiċjali marru fuq il-post u bdew jippruvaw jitfu n-nirien b’xi fire extinguishers. Eventwalment waslu l-uffiċjali mill-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien.

Ħadd ma weġġa’, iżda l-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw il-każ.