Karozza tieħu n-nar fil-Ħamrun

Arkivji

Read in English.

Karozza ħadet in-nar fil-Ħamrun tul il-lejl li għadda, li nfirex anke għal fuq karozza qribha.

Il-pulizija ġew infurmati b’dan il-każ fis-00.45am. Il-karozza kienet qiegħda pparkjata fi Triq San Gejtanu, kantuniera ma’ Triq Duke of Edinburgh. Minkejja li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, karozza pparkjata quddiemha ħadet in-nar ukoll.

Flimkien mal-pulizija mill-għassa tal-Ħamrun, marru fuq il-post uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfu n-nar.

Fuq il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Rachel Montebello.