Karozza tieħu n-nar fil-Ħamrun

Read in English.

Matul il-lejl li għadda, karozza li kienet ipparkjata fi Triq Giovanni Barbara, fil-Ħamrun, ħadet in-nar.

Il-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li n-nar żviluppa għall-ħabta tas-3.00 ta’ filgħodu bil-konsegwenza li l-karozza ġarbet ħsarat konsiderevoli.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, iżda l-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.