Karozza tieħu n-nar fil-Gżira

Karozza ħadet in-nar dalgħodu fil-parkeġġ tal-Pixxina Nazzjonali fil-Ġżira.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li n-nirien kienu kkawżati minn ħsara fil-magna tal-karozza.
In-nirien ġew ikkontrollati f’ħin qasir u ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.