Karozza tieħu n-nar fil-Fgura

Karozza ħadet in-nar fil-Fgura l-lejl li għadda.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1am. Fuq il-post issejħet ambulanza, kif ukoll il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.  Ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.