Karozza tieħu n-nar fil-Belt Valletta; “Tas-Sindku”

Aġġornat 02:26 PM

Read in English.

Matul il-lejl li għadda ħadet in-nar karozza fil-Belt Valletta.

L-inċident kien ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-karozza kienet ipparkjata fi Triq in-Nofsinhar. L-inċident seħħ f’12.05am. Kawża tan-nirien fil-karozza kien hemm karozza oħra pparkjata fil-viċinanzi li wkoll ħadet in-nar.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.

Intant, fuq Facebook, diversi persuni qed jgħidu li l-karozza li nħarqet hija dik tas-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit. Huma kkundannaw dan l-att u sostnew li huwa att ta’ vjolenza. Insistew li dawn l-atti qatt m’għandhom ikunu ttollerati. Fost dawk li tkellmu kien hemm il-MP Nazzjonalista Karl Gouder u l-Kunsillier tal-PN Mark Spiteri Lucas.

I have just been informed that last night the car of Valletta mayor caught fire in an arson attack. Things like this are…

Posted by Karl Gouder on Thursday, September 24, 2020

Bongu. Ghadni kif gejt infurmat li dal-lejl sehh att kodard fil-Belt Valletta li fih inharqet il-karozza tas-sindku,…

Posted by Mark Spiteri Lucas on Thursday, September 24, 2020

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri wkoll wera s-solidarjetà tiegħu ma’ Zammit. Hu sostna li dak li ġara mal-lejl huwa kundannabbli għall-aħħar.

Solidarjeta ma’ siehbi Alfred Zammit – Sindku Laburista tal-Belt Valletta. Dak li ġara dal-lejl huwa kundanabbli għall-aħħar. Kompli għaddej bil-ħidma favur r-residenti Beltin kollha. Kuraġġ.

Posted by Silvio Schembri on Friday, September 25, 2020

Il-vjolenza qatt ma ssir f’vakum – Prof. Andrew Azzopardi

Id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà Prof. Andrew Azzopardi esprima solidarjetà mal-vittmi kollha ta’ dawn it-tip ta’ attakki, diretti jew indiretti. Saħaq li l-vjolenza qatt ma ssir f’vakum u li filwaqt li t-tendenza u r-rabtiet bejn dawn ir-reati għadha mhix evidenti, l-awtoritajiet għandhom imexxu bl-evidenza kollha li jiġbru. Prof. Azzopardi appella lill-awtoritajiet biex jeżimaw il-forzi soċjoloġiċi u strutturali li jistgħu qed joħolqu lok għal dawn ir-reati.

Huwa esprima t-tħassib tiegħu dwar il-vjolenza li qed issir fil-konfront ta’ individwi li jokkupaw rwoli ta’ responsabbilità, bħal ġurnalisti, politiċi u anke membri tal-kunsilli lokali. Insista li huwa

“Mhux aċċettabbli f’demokrazija” – Repubblika

L-NGO Repubblika esprimiet is-solidarjetà tagħha mas-Sindku Zammit. Spjegat kif Zammit qal li jemmen li min wettaq dan l-attakk għamlu minħabba x-xogħol tiegħu u għax tkellem f’isem ir-residenti tal-Belt Valletta.

“L-użu tal-vjolenza u l-vandaliżmu għal għanijiet politiċi m’hu xejn ħlief att ta’ terrur li mhux aċċettabbli f’demokrazija. Id-dgħjufija tas-saltna tad-dritt u l-polarizzazzjoni partiġġjana estrema li akkumulajna f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin wassluna s’hawn,” insistiet l-għaqda.

Kompliet tgħid li l-ebda qaddej tal-pubbliku – politiku, ġurnalist, uffiċjal pubbliku, attivist – m’għandu jsofri intimidazzjoni u vjolenza u kull meta dan jiġri l-istat ikun qed ifalli mid-dmir li jipproteġi lin-nies li jħaddmu d-demokrazija ta’ pajjiżna.

Trid issir ġustizzja – kunsilliera PN u PL

Is-Sezzjoni Kunsilliera Partit Laburista kkundannat ukoll dan l-attakk vandalu u kodard. Il-President tas-Sezzjoni Kunsilliera Partit Laburista Mario Fava qal li atti bħal dawn huma deplorabbli. Is-Sezzjoni awgurat li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija jwasslu sabiex dawn l-individwi jinqabdu u ssir ġustizzja kemm ma’ Alfred Zammit kif ukoll mas-soċjetà inġenerali li m’għandhiex tittollera azzjonijiet simili.

Anke l-Partit Nazzjonalista wera solidarjetà mas-Sindku tal-Belt, iddelplora l-att u qed jesiġi li ssir ġustizzja ma’ min wettqu. L-istqarrija tal-PN kienet iffirmata mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Gvern Lokali Karl Gouder, mill-Minority Leader PN tal-Belt Christian Micallef, u l-kunsilliera Vince Fabri, Mark Spiteri Lucas u Charles Bonello.