Karozza tieħu n-nar fil-Belt Valletta

Karozza ħadet in-nar fil-Belt Valletta tul il-lejl.

Dan ġara għall-ħabta tas-2am fi Triq l-Ifran.

In-nar ġie kkontrollat minn ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, iżda laħqet saret xi ħsara lil ħanut fil-qrib.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, imma ma jidhirx li n-nar tqabbad apposta, skont kelliema għall-Pulizija.