Karozza tieħu n-nar fil-Belt Valletta

Arkivji

Matul il-lejl li għadda karozza ħadet in-nar fil-Belt Valletta bejn Triq l-Isptar u Triq ir-Repubblika.
Jidher li n-nirien bdew għall-ħabta tal-4:30am u nfirxu għal ma’ faċċata ta’ residenza fil-viċin.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Il-pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li marru fuq il-post biex jikkontrollaw in-nar.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret xi esperti biex jassistuha fl-inkjesta li qed tagħmel, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: Arkivji