Karozza tieħu n-nar fi Triq Garibaldi

Aġġornata
It-triq infetħet għat-traffiku wara ftit tal-ħin.

Aktar kmieni
Sewwieq u passiġġier jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif il-karozza li kienu fiha ħadet in-nar waqt li kienet qed tinstaq f'Ħal Luqa. 
L-inċident ġara fi Triq Garibaldi, direzzjoni għal Ħal Luqa, għall-ħabta tas-1.45 ta’ waranofsinhar. 
In-nirien ġew ikkontrollati mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Ritratt: MRTU fuq Facebook