Filmat: Karozza tieħu n-nar f’Ħ’Attard

Karozza ħadet in-nar f’Ħ’Attard illum wara nofsinhar. Il-każ seħħ fi Triq l-Imdina, qrib pompa tal-petrol.

MRTU
Credit: MRTU

Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt  li rċevew sejħa għall-għajnuna għall-ħabta tas-1pm. Karozzi tat-tifi tan-nar marru fuq il-post biex jitfu n-nirien.

Rene Rossignaud

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ. Minkejja dan, kelliem għall-Pulizija qal li ambulanza ntbagħtet fuq il-post.

Filmati: Rene Rossignaud