Karozza tieħu n-nar f’Bormla

Karozza ħadet in-nar f’Bormla matul il-lejl li għadda.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fi Triq fuq San Pawl għall-ħabta ta’ 12am. Il-kelliem spjega li n-nar kien wieħed żgħir u li ġie kkontrollat mill-Pulizija stess.

Ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.