Karozza tieħu n-nar f’Tas-Sliema

Karozza tat-tip VW Polo ħadet in-nar waqt li kienet tinsab ipparkjata f’Tas-Sliema.
Hu mifhum li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Jidher li n-nar beda għall-ħabta tas-1pm.
Il-Karozza ġarrbet ħsarat estensivi
Fuq il-post marru l-pulizija u membri tat-tifi tan-nar għall-assitenza.