Ritratti: Karozza tieħu n-nar f’Ħaż-Żebbuġ

Ħadd ma’ weġġa’ wara li karozza ħadet in-nar.
L-inċident seħħ fis-7:30, fil-bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Ma' Newsbook.com.mt sid il-karozza spjega li huwa ntebaħ mal-ewwel bin-nirien u laħaq ħareġ mill-karozza.
Fuq il-post marru membri tal-protezzjoni ċivili.