Aġġornata: Teħlisha ħafif wara li l-karozza ħadet in-nar

Karozza ħadet in-nar fi Triq Dun Karm, f’Birkirkara.
L-inċident seħħ ftit qabel 12pm.
It-tfajla li kienet qed issuq il-karozza ħarġet bl-eżatt hekk kif din inħakmet min-nirien minħabba problemi tekniċi.
Fuq il-post marru l-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.
Ritratt: Arkivji