Karozza tidħol f’parapett fis-Swatar

Karozza baqgħet dieħla f’parapett fis-Swatar, skont il-Pulizija.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.05 pm fi Triq il-Għabex.

Ir-raġel involut fl-inċident irrifjuta l-assistenza medika.