Karozza tidħol f’kafetterija f’Tas-Sliema; Tliet persuni l-isptar

Aġġornat 07:11 AM

Read in English.

Tliet persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li karozza daħlet f’kafetterija fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-7.45pm.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel Ingliż ta’ 43 sena li ma ġarrab l-ebda ġrieħi.

Tliet persuni li kienu fil-ħanut weġġgħu ħafif u ttieħdu l-isptar. Dawn kienu żewġ nisa Taljani ta’ 26 sena residenti San Ġwann u ta’ 28 sena residenti s-Swieqi kif ukoll raġel Taljan ta’ 27 sena residenti s-Swieqi.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.commt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Iltqajt ma’ xi inċident tat-traffiku?
Ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt