Karozza tidħol f’arblu qrib l-ajruport

Għall-ħabta tat-8.10 karozza baqgħet dieħla fi crash barrier u arblu. Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ  fi Triq l-Industrija viċin r-roundabout tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Persuna li kienet fuq il-post tkellmet ma’ Newsbook.com.mt u spjegat kif il-ħadid tal-barrier daħal minn taħt il-karozza u nifed minn ġos-saqaf.

Persuna  ta’ 55 sena miż-Żurrieq ittieħdet l-Isptar Mater Dei bil-kundizzjoni għadha mhux magħrufa.