Aġġornata: Tarbija ta’ xahrejn l-isptar wara ħabta f’Ħal Għaxaq

Erba' persuni fosthom tarbija ta' xahrejn ġarbu ġrieħi ħfief wara inċident f'Ħal Għaxaq.
L-inċident seħħ fi Triq tal-Barrani fl-10am xħin żewġ karozzi li kienu qed jinstaqu f’direzzjoni opposta ħabtu f’xulxin.
Karozza minnhom kienet misjqu minn raġel ta' 66 sena minn Tas-Sliema, filwaqt li l-oħra kienet misjuqa minn mara ta' 48 sena minn Birżebbuġa. Magħha kien hemm passiġġieri mara ta' 25 sena minn Marsaxlokk u t-tarbija.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija marru fuq il-post biex jassistu lill-persuni li kienu fil-karozzi u jikkontrollaw it-traffiku.
Partijiet mit-triq kienu magħluqa għal xi ħin.

Ritratt: Arkivji