Karozza tibqa’ dieħla f’vann tas-sigurtà

Turista li kienet qed issuq karozza baqgħet dieħla f’vann tas-sigurtà li kien ipparkjat quddiem il-bank HSBC f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ fit-triq prinċipali ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-membri tas-sigurtà dawru l-vann li kien jinsab quddiem il-bank filwaqt li fuq il-post marru ukoll il-pulizija u ambulanza.
Persuni li kienu fuq il-post iddeskrivew dak li nqala b’dan l-inċident bħala "xena minn film".
Hu mifhum li l-pulizija saħansitra bdiet tiddevja t-traffiku biex jgħaddi minn toroq alternattivi.