Karozza tibqa’ dieħla fuq in-nies f’kafetterija fl-Olanda

Read in English.

Karozza baqgħat dieħla f’kafeterija fuq barra fin-Nofsinhar tal-Olanda tard ilbieraħ filgħaxija. Il-pulizija qalet li sitt persuni ndarbu f’dan l-inċident u waħda minnhom kellha tiddaħħa l-isptar.

Ix-xufier tal-vettura nżamm mill-pulizija.

Għadu mhux ċar x’wassal biex ir-raġel saq fuq in-nies fil-belt ta’ Gennep, fil-provinċja ta’ Limburg. Il-pulizija qalet biss li qed tinvestiga dan il-każ u ma tat ebda dettall ieħor. 

Madankollu il-gazzetta reġjonali Gelderlander, wara li tkellmet ma’ xhieda fuq il-post, irrappurtat li l-konsum ta’ droga jista’ jkun fattur li kkawża dan l-inċident.