Xarabank tibagħtu bi ġrieħi gravi l-isptar

Raġel ta’ 55 sena ddaħħal Mater Dei bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn xarabank l-Furjana.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.45pm fil-Foss ta' San Ġakbu, xħin ir-raġel li joqgħod il-Pietà ntlaqat mix-xarabank misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti l-Mosta.
Huwa ttieħed l-isptar, fejn ġewlu ċċertifikati l-ġrieħi.
Il-Pulizija qed tinvestiga dal-każ.