Karozza tgħaddi minn fuq saqajn pulizija fil-Marsa

Read in English.

Karozza għaddiet minn fuq saqajn pulizija tat-traffiku fil-Marsa dalgħodu. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fi Triq iċ-Ċimiterju tat-Torok.

Il-President tal-Police Officer’s Union (POU) fi ħdan il-General Workers’ Union Sandro Camilleri qal li kkuntattja lill-kuntistabbli Stephen Falzon. Stqarr li jinsab muġugħ ħafna iżda jidher li ma hemmx ksur gravi.  Sandro Camilleri ddeskriva lil Stephen Falzon bħala pulizija eżemplari b’esperjenza vasta fil-Korp.