Karozza taqbad fil-Qawra

Arkivji

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, karozza ħadet in-nar fil-Qawra.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident u qal ġew infurmati bil-każ għall-ħabta tal-3.45am. Jidher li għal xi raġuni karozza li kienet ipparkjata fi Triq is-Sajjied fil-Qawra ħadet in-nar. Kawża ta’ dan in-nirien, karozza oħra iżgħar li kienet ipparkjata fejnha ġarrbet xi ħsarat.

Il-Pulizija għadhom ma jafux il-kawża ta’ dan in-nirien u jidher li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.