Tinstab mara mejta f’karozza li waqgħet minn għoli fin-Naxxar

Aġġornat 01:00 PM
CMRU

Read in English.

Mara nstabet mejta f’karozza li waqgħet għal isfel fil-Wied ta’ Birguma, limiti tal-Għargħur. Mal-waqgħa, il-karozza ħadet in-nar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fit-8.15am. Fuq il-post issejħu l-ħaddiema għall-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija u ambulanzi.

Il-karozza, li għandha n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kiri kienet qed tinstaq minn mara ta’ 40 sna mill-Korea, residenti Ħal Balzan.

Il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wettqu tfittxijiet fin-naħa t’isfel tal-wied, biex jiġi assigurat li ma kien hemm ħadd iktar fil-karozza. S’issa t-tfittxijiet irriżultaw fin-negattiv.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.